Biex Nikbru Lkoll Flimkien.
L-ewwel Qari: Qari mit-tieni Ktieb tas-Slaten. 2Slat 5: 14-17.
Salm Responsorjali: Salm 97(98): 1. 2-3ab. 3ċd-4.
It-tieni Qari: Qari mit-tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu Timotju. 2Tim 2: 8-13.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 17: 11-19.
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Kien f'Settembru 1973 meta l-familja ta' Matile f'Kansas talbu lil saċerdot. biex iqaddes quddiesa biex f'attivita' ta' sports uliedhom Gene u Joe jaqtgħu il-quddiem fil-kompetizzjoni li kienet ippjanata. Din l-attivita' kienet suċċess u għalhekk il-familja Matile talbu lill-istess saċerdot li jqaddes quddiesa oħra bħala radd il-ħajr għas-suċċess miksub
Hawn għandna eżempju ta' dak il-lebbruż li biex iroddlu ħajr għall-favur li għamillu L-Imgħallem Divin reġa lura biex jirringrazzjah. Ta' min jistaqsi kemm il-darda bħala rikonoxxenza rritornajna għand Ġesu' biex inroddulu ħajr għall-favuri li għamel magħna???
Naħseb li kemm il-darba intqajtu ma l-istorja ta' dak ir-raġel li sab ruhu jiddawwar ma l-uffiċċini li hemm fil-ġenna min San Pietru. San Pietru spjegalu li fl-ewwel żewġ uffiċċini, li kienu minlija anġli, l-anġli jirċievu t-talb u x-xewqat tan-nies u jaraw kif, bl-għinuna ta' Alla, dawn jiġu mismuma. Meta waslu fit-tielet uffiċċu ra li kien hemm ftit anġli u dawn aktar kienu jħarsu milli jaħdmu. Ir-raġel sorpris staqsa x'kien xogħolhom. Dlonk San Pietru wieġbu li dawk xogħolhom kien li jirċievu mingħand in-nies ir-ringrazzjament tal-grazzi li nagħtaw. B'hekk ried iwassal il-messaġġ li l-grazzji mogħtija huma ħafna imma r-ringrazzjamenti huma ftit. Dan huwa s-suġġett ta' dan il-Ħadd. Nittolbu ħafna imma kemm inroddu ħajr lil Alla tal-grazzji li nirċievu min għandu.
Kemm l-ewwel qari kif ukoll il-vanġelu jittrattaw nies morda bil-ġdiem. Fl-ewwel qari naqraw l-istorja ta Nagħman, ġeneral Sirjan marid bil-ġdiem. Niftakru li Nagħman, għall-ewwel ma ħax gost bil-parir tal-profeta Eliżew għax deherlu li l-ilma tax-xmajjar ta' pajjiżu huma tajbin daqs l-ilma tal-Ġordan. Kien fuq l-issistenza ta' l-ilsir tiegħu li fl-aħħar niżel fil-Ġordan u fieq. Kemm-il darba aħna ukoll jidhrilna lis-soluzzjoni tagħna hija aħjar minn dik ta' Alla?
Wara l-fejqan tiegħu, Nagħman offra rigali li Eliżew iżda dan ma aċċethomx. Hekk ukoll Alla, Alla ma jridx ħlas minn għandna biex ixerred il-ġid u l-grazji tiegħu fuqna. Fil każ ta' Nagħman Alla mhux biss fejqu f'ġismu imma Alla tah ukoll id-dawl biex jagħraf li m'ħemmx Alla ieħor fl-art kollha ħlief f'Israel.
Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus. Dan ħa jkun ir-rispons għas-salm ta' tifħir lil Alla li se naqraw dan il-Ħadd. Kien permezz tal-magħmudija li aħna bdejna it-triq li twassalna għas-salvazzjoni ta' dejjem għalhekk bil-raġun kollu nistgħu ngħidu li Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus.
Is-silta tat-tieni qari mill-ittra ta' San Pawl lil Timotju inkitbet mill-ħabs. L-unika ħtija li kellu San Pawl kienet dik li jxandar l-evanġelju lill-ġnus. Illum ukoll għad hemm fid-dinja min ibgħati l-inġustiżja u anki l-mewt talli jxandar l-evanġelju. San Pawl f'din l-epistola jgħamlilna kurraġġ għax: jekk insofru bis-sabar; għad insaltnu miegħu wkoll pero jekk niċħduh, hu jiċħadna wkoll. Dan jgħodd għalina llum ukoll.
Ir-rakkont tal-evanġelju ta' llum huwa wieħed magħruf sew. Huwa ir-rakkont ta' dawk l- għaxar irġiel morda bil-ġdiem, disgħa Lhud u wieħed Samaritan. Ilkoll kemm huma ġew imfejqa mill-ġdiem tagħhom minn Ġesu' iżda wieħed biss, il-barrani, is-Samaritan, ħass il-bżonn, hekk kif induna li kien imfejjaq, li jmur lura u jirringrazzja li Ġesu' tal-grazzja kbira li kien għadu kemm qala. U għax kien rikonoxxjenti Ġesu' mhux biss tah il-fejqan tal-ġisem imma tah il-fejqan tar-ruħ ukoll: il-fidi tiegħek ħelsitek.Hekk jagħmel Alla magħna meta nkunu rikkonoxenti, mħux biss jagħtina l-grazza li nkunu tlabna imma jagħtina ferm aktar.
Dan l-evanġelju jorbot ħafna ma dik l-istorja li tajna fil-bidu ta' din ir-riflessjoni. Ħafna huma dawk li jaqalaw grazzji min għand Alla imma ftit huma dawk rikonoxenti u fit-talb tagħhom jirringrazzjaw lil Alla tal-grazzji li jkunu qalgħu. Meta ma nirringrazjawx huwa għal vantaġġ tagħna? Jekk nirriflettu sew fuq il-vanġelu naraw li meta nkunu rikonoxenti tal-grazzji li nkunu rċevejna, kemm dawk li nkunu tlabnihom kif wkoll dawk il-grazzji li Alla jgħatina min jeddu, Alla jkun dejjem presenti biex ifejjaqna mill-mard tar-ruħ.
Dun Anton Mallia Borg.
vinbonnici@gmail.com
L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. Eż 17: 8-13.
Salm Responsorjali: Salm 120(121): 1-2. 3-4. 5-6. 7-8.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu Timotju. 2Tim 3: 14 - 4: 2.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 18: 1-8.
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Daħla:
Id-djalogu jwassal għal relazzjoni aktar intima bejn tnejn minn nies. Djalogu ma jfissirx li wieħed iparla u l-ieħor jisma' imma jfisser li tnejn minn nies jew
aktar jaqsmu l ħsibijiet u l-idejat tagħhom flimkien. U aħna kif nidħlu fi djalogu ma' Alla? Lil Alla nisimgħuh permezz tal-kotba mqaddsa u nirrelataw
miegħu permezz tat-talb. Għalhekk huti l-Kelma ta' Alla jeħltieġ li naqrawha b'qalb miftuħa u fi spirtu ta' talb u ġabra.
Il-Kelma:
Fl-ewwel qari meħud mill-ktieb ta' l-eżodu l-poplu Lhudi jħabbtu wiċċhom ma' l-Għamalekin, għadu superjuri għalihom. Madanakollu l-Lhud
ħarġu rebbieħa fuq l-Għamalekin bil-qawwa ta' Alla. B'danakollu l-Lhud għamlu l-parti tagħhom ukoll għax il-Malti jgħid 'Għin
ruhek biex Alla jgħinek' , u tassew. L-irġiel Lhud tqabdu ma' l-Għamalekin imma l-forza vera kienet Mose' jitlob Lil Alla sabiex jieqaf magħhom, tant,
li meta Mose' kien igħolli jdejh fit-talb il-Lhud kienu jirbħu u meta jnizzel idejh għax jitqalu l-Lhud kienu jitilfu. Xi jfisser ħuti dan? Dan ifisser li
Alla dejjem lest li jgħina basta aħna nagħmlu l-parti tagħna u hekk toħroġ il-qawwa tat-talb.
Is-salm imbagħad huwa att ta' fidi f'Alla li jgħin lil dawk li jduru lejh bit-talb u t-tnegħid tagħhom. Is-salmista qiegħed iħares mill-bogħod lejn Ġerusalemm mibnija fuq l-għoljiet u għallura anke lejn it-tempju ta' Alla li qiegħed f-Ġerusalemm. Fit-tempju hemm Alla u għallura minn hemm tiġih l-għajnuna – minn Alla l-imbierek. Fil-ħajja ngħaddu minn ħafna ċirkostanzi difiċli u meta nħarsu lura ngħidu mn'Alla kien hemm Alla jmexxina u jieħu ħsiebna.
Fit-tieni qari mit-tieni ittra lil Timotju, Pawlu jħeġġeġ lil Timotju sabiex jibqa' sħiħ fil-fidi tiegħu, fit-tagħlim li kien għaddielu hu Pawlu, tagħlim mibni fuq l-iskrittura, l-kelma t' Alla, taghlim li jekk iħarsu jwasslu għas salvazzjoni permezz tal-fidi f'Ġesu'.
U għalhekk Pawlu jħeġġeġ lil Timotju sabiex bla biża' jxandar il-kelma ta' Alla u jistqarr il-fidi tiegħu f'Ġesu'. Ifakkru li bħala ragħaj tal-Knisja kellu jsus wara l-fidili, jċanfar fejn l-affarijiet mhux sejrin tajjeb u jwiddeb, iwissi u bis-sabar u bl-imħabba jgħallem bħal ma' Ġesu' bis-sabar u l-imħabba kien jgħallem lid-dixxipli u lil folol.
Fil-Vanġelu għandna parabbola li permezz tagħha Ġesu' mhux biss jitkellem mill-importanza tat-talb imma jgħallimna kif għandna nitolbu. Armla fqira tibqa' tippersisti ma' wieħed imħallef sabiex jagħmlilha ħaqq u fl-aħħar kellu jċedi għat talba tagħha. Li kieku waqfet tippersisti ma kienet tieħu xejn. U għallura jekk dan l-imħallef, bniedem ħażin, spiċċa biex ta widen għat talba ta' din l-imsejkna kemm aktar Alla li hu Missierna kollu mħabba.
Ħsieb:
Ħuti, x'nitgħalmu minn dan il-qari tagħna llum?
Li Alla dejjem lest li jgħina u jisma' t-talb tagħna, sintendi, dment li aħna nitolbu skond ir-rieda ta' Alla. Titlobx lil Alla biex tirbah xi lotterija jew biex it-tim tal-futbol tiegħek jirbaħ għax Alla mhux ser jisimgħek – min jaf kemm oħrajn bħalek jitolbu li jirbħu l –lotterija. Imma jekk trid tfiq minn xi marda barra li titlob ikun tajjeb li tmur għand it-tabib ukoll. Għin ruħek biex Alla jgħinek.
Permezz tat-talb nidħlu f'relazzjoni ma' Alla. Lil Alla nisimgħuh permezz ta' l-iskrittura li hi l-istorja ta' l-imħabba ta' Alla għalina.
Ħuti ma' nibżgħux nersqu lejn Alla bil-kuraġġ u l-kunfidenza. Alla hu Missierna li hu fis-smewwiet u jħobbna ħafna. Nafdaw fih. Il-fidi kollox ħuti.
Il-paċi magħkom
Charles Debono.
debono.charles@gmail.com
L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb Bin Sirak. Sir 35: 12-14. 16-18.
Salm Responsorjali: Salm 33: 2-3. 17-18. 19. 23.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu Timotju. 2Tim 4: 6-8. 16-18.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 18: 9-14.
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Charles Spiteri.
charliespiteri@gmail.com
L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb ta' Ġob. Ġob 19: 1. 23-27a.
Salm Responsorjali: Salm 26: .
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lill-Rumani. Rum 5: 5-11.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann. Ġw 6: 37-40.
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Leli Muscat.
lelimuscat@gmail.com
L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. Eż 47: 1-2. 8-9. 12.
Salm Responsorjali: Salm 45: 2-3. 5-6. 8-9.
It-tieni Qari: Qari mill-Ewwel Ittra ta' San Pawl Appostlu lill-Korintin. 1Kor 3: 9b-11. 16-17.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann. Ġw 2: 13-23.
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Leli Muscat.
lelimuscat@gmail.com
L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. Eż
Salm Responsorjali: Salm 21(22): 8-9. 17-18a. 19-20. 23-24.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu Timotju. 2Tim
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq
Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.
riflessjoni
Charles Debono.
debono.charles@gmail.com
O Alla inti sejjaħ, lis-saċerdot tiegħek għall-ministeru ta'
l-Evanġelizzazzjoni, agħtina nitolbuk li mħeġġin
bil-interċessjoni tiegħu, aħna wkoll naħdmu bla heda
għas-saħħa tad-dinja u nħabirku biex jitkattar l-għadd
ta'dawk li jemmnu. Bi Kristu Sidna. Amen