nativity scene

Xi Links Importanti


Abraham


Mose'


Isaija


Eżekiel


Ġeremija


San Pawl


Riflessjoni fuq
il-Qari tal-Quddies tal-Ħadd.


29 ta' Ġunju 2025.
San Pietru u San Pawl. Sena Ċ.
.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Atti ta' l-Appostli. Atti 12: 1-11.
Salm Responsorjali: Salm 33: 2-9.
It-tieni Qari: Qari mit-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lill Timotju. 2Tim 4: 6-8. 17-18.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mettew. Mt 16:13-19.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Daħla:
Illum il-knisja tiċċelebra l-festa taż-żewġ pilastri kbar tagħha – Pietru u Pawlu. Pietru maħtur l-ewwel kap tagħha mill istess Ġesu' b'mandat biex jirgħa n-nagħaġ tiegħu u Pawlu l-appostlu tal-ġnus li ħadem bla heda fost il-pagani, missierna fil-fidi li jogħdos fil-misteru ta' Kristu li miet u qam.

Peter and Paul

F'dawn iż-żewġ pilastri nilmħu l-fidi u l-imħabba bla kundizzjoni tagħhom lejn Ġesu'. Għall imħabba ta' Ġesu' huma bagħtew il-ġuħ, is-swat, il-persekuzzjoni, il-ħabs u saħansitra l-martirju. Biex iwasslu lil Kristu lid-dinja huma nsew lilhom infushomu taw il-kollox tagħhom għal predikazzjoni tal-Evanġelju. Kif qal Pawlu stess, xejn ma kien jifridhom mill-imħabba ta' Kristu.

U bi grazzja aħna l-Maltin għandna rabta speċjali ma wieħed minnhom, Pawlu , li wassal l-evanġelju lil Missirijietna bil-kelma u bil mirakli. Missirijietna laqgħu mill-ewwel il-kelma ta' Alla u laqgħu lil Pawlu b'tant kortesija u mħabba. iI-fidi tagħhom ma wrehiex bil-murtali u l-baned u ddaqq tal-qniepen imma billi laqgħu il-kelma ta' Alla permezz ta' Pawlu u għixuha.

U aħna qegħdin ngħixu l-fidi tagħna b'mod awtentiku ? Li kieku kellu jerġa jiġi San Pawl fostna x'jagħmel? Jifraħ bina jew iċanfarna għax għamilna ġuġu l-fidi tagħna, fidi ta’ kompromessi.

Il-Kelma:
Fl-ewwel qari meħud mill-Atti ta' l-Appostli naraw kif il-knisja qegħda titlob lil Alla għal Pietru bil-ħeġġga u dan għax Pietru kien safa arrestat minn Erodi biex `iferraħ lil Lhud billi joqtlu. Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi u l-pjanijiet ta' Alla ma jħassarhom ħadd. Alla ħeles lil Pietru mill-ħabs permezz ta' anġlu. Qatt ħsibna kemm il-darba aħna sibna ruħna f'qagħda iebsa u Alla jibgħat l-anġlu tiegħu biex ikun magħna f'dak il-waqt diffiċli? Tkun ħosbien u nkwetat u jitfaċċa persuna li bi kliema tagħraf issabrek u tinkoraġġik. Tibża għax taħseb li għandek xi marda serja u tiltaqa ma persuna li għaddiet mill-istess esperjenza u sserraħlek moħħok li mgħandek xejn kbir . U tmur għand it-tabib u ssib li hekk hu. Għax Alla jaħdem b'mod misterjuż, l-istess kif għamel ma' Pietru fis-siegħa tal-bżonn.

Fis-salm għandna s-salmista li jiħeġġeġ lid-dixxipli tiegħu sabiex jibqgħu sħaħ fil-fidi u biex ikompli jħeġġighom igħidilhom li Alla jippremja lit-tajbin billi jipprovdilhom kull ma kellhom bżonn u jħarishom ninn kull għawġ.

Saint Paul in prison at Rome

Fit-tieni qari Pawlu qieghħed jikteb lil Timotju mill-ħabs ġewwa Ruma fejn qiegħed jistenna l-mewt tal-martirju. Pawlu jħeġġeġ lil Timotju sabiex minkejja t-tbatijiet, it-tfixkil, il-ħabs, il-persekuzzjoni jibqa' sħiħ fil-fidi. Għalkemm jaf li t-tmiem hu filqrib, Pawlu jifraħ għall fatt li wasal ukoll il-jum tal-premju li fiħ Alla kien ser ilibbsu l-kuruna tal-glorja f'għaqda sħiħa ma dak li kien bidillu ħajtu ta' taħt fuq meta kien fi triqtu lejn Damasku hu u jfittex li joqtol lil Insara. Il-kaċċatur isir il-kaċċa.

Fl-evanġelju għandna l-primat ta' Pietru meta Ġesu' jagħmel minn Pietru l-pedament li fuqu kellu jibni l-knisja tiegħu. Min jaf x'fehem Pietru dak inhar?

Kien jaf minn kemm tbatijiet kellu jgħaddi minnhom minħabba dak il-mument ta' l-għagġeb fl-istorja tal-bniedem? Pietru dejjem umli u fidil lejn l-Imgħallem anke jekk ġie moment ta' biża u ttradieh. Pietru jgħallimna nilbsu l-umilta għax aħna biss qaddejja li ma niswew għal xejn. Jgħallimna nbaxxu rasna anke f'mumenti meta ma nifmhux, meta mtaqlin u mħabtin.

Għeluq:
Pietru u Pawlu taw xhieda ħajja tal-fidi tagħhom fi Kristu għax kienu konvinti mill-kelma ta' Kristu. U aħna? Aħna konvinti mill-fidi tagħna. Ħadd minnha mhu ser jieħu l-martirju bħal Pietru u Pawlu u safrattant nibżgħu u noqgħodu lura nuru xi nsarfu, nibżgħu nxandru l-kelma ta' Alla bil-kliem u l-għemil. Il-persekuzzjoni tan-nisrani hi xi ħaġa ħajja u nesperjenżawha ħafna drabi fil-ħajja tagħna. Ħars bl-ikraħ, botti, tmaqdir oppozizzjoni u mitt ħaġa oħra jekk ngħidu aħna ssemma leħnek kontra l-abort jew id-divorzju, jew saħansitra anke jekk trod is-salib,

Ħbieb in-nisrani awtentiku ma jgħix f'bozza, gallerija iżda fil-wied tal-persekuzzjoni. Iżda bħal Pietru u Pawlu wara din il-ħajja, għal dawk li jibqgħu sħaħ fil-fidi, hemm il-kuruna tal-glorja tistenniena.

Il-festa t-tajba ħbieb.

Charles Debono.
debono.charles@gmail.com





6 ta' Lulju 2025.
Il-14-il Ħadd ta' matul is-Sena. Sena Ċ.
Mibgutin biex Inħabbru s-Sliem.
Il-Paċi ta' Ġesu' Kristu Issaltan fi Qlubna

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. Iż 66: 10-14ċ.
Salm Responsorjali: Salm 65(66): 1-3a. 4-5. 6-7a. 16. 20.
It-tieni Qari: Qari mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lill-Galatin. Gal 6: 14-18.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 10: 1-12. 17-20.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Jekk inħobbu l-umanita', inħobbu l-istituzzjoni maħluqa għall-ġid u s-salvazzjoni tal-umanita'. Kull qawmien mill-ġdid tar-reliġjon f'pajjiżna u kull rebħa konverżjoni fl-artijiet tal-paganiżmu, jagħtuna raġuni ġdida ta' ferħ' bħal dan. Il-qdusija ta' Ġerusalemm fil-Kristjaneżmu, ikkonservata fit-traduzzjoni tal-Bibbja bl-Ebrajk ġiet imsaħħa permezz tal-ġrajja tat-Testment il-Ġdid li tirrakkonta li Ġesu' ssallab u rxoxta hemmhekk.

L-Ewwel Qari tagħna f'dan il-Ħadd jagħtina r-raġuni għaliex irridu nġorru s-salib tagħna u mmutu għal dak li konna qabel. Isaija l-Profeta jħabbar raġuni għaliex nistgħu nifirħu anke meta llum qed inġorru t-toqol tagħna. Isaija kien qed jitkellem fi żmienu dwar ir-restawr ta' Ġerusalemm wara l-eżilju. Għalkemm il-Babiloniżi kienu qerdu t-tempju u Ġerusalemm kollha minħabba d-dnubiet tal-Iżraelin, Alla kien se jerġa' jibniha mill-ġdid. Dawk li darba kienu jibku fuq il-mewt ta' Ġerusalemm kienu se jerġgħu jifirħu u jithennew biha. Huma kienu se jiċċelebraw, darb' oħra, il-prosperita' tagħhom. Madankollu, meta nħarsu lejn l-Evanġelju, naraw xi ħaġa akbar mir-restawr ta' dak li kien ġie meqrud. Fil-fatt, xi ħaġa kompletament ġdida kienet se tidħol fil-ħajja tagħna. Tempju ġdid u Ġerusalemm ġdida li jinżlu mis-sema kienu se jieħdu post dawk antiki. Għalhekk, irridu nitilqu l-ħajja l-qadima tagħna u nħaddnu ħajja ġdida fi Kristu.

a river

Min iħobb il-Knisja jippersevera u jibqa' jemmen li Ġesu' Kristu se jibqa' jixħet 'fuqha s-sliem bħal xmara, u bħal xmara tfur il-ġid tal-ġnus.' Kultant aħna pessimisti wisq dwar il-qdusija tal-Knisja u iktar inħarsu lejn xi difetti jew żbalji li l-għedewwa tagħha bl-għajnuna tax-xitan u tal midja soċjali jafu jkabbru u jippuntaw fuqhom!! Il-Knisja għandha għatx qawwi biex tara lill-membri tagħha jitqawwew fil-qdusija quddiem kull tfixkil. Kemm attivitajiet isiru għat-tfal, għaż-żgħażagħ, għall-miżżewġin, għar-romol u għal kull kategorija ta' nies minn membri u saċerdoti mpenjati kemm fuq livell parrokkjali, dak nazzjonali u anke internazzjonali biex jgħinu lil dak li jkun isib faraġ fil-Knisja. Kemm hu sabiħ li kull nisrani u anke oħrajn japprezzaw il-ġid tassew etern li kontinwament tgħallem il-Knisja! 'Bħalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom u f'Ġerusalemm titfarrġu'. Fl-evanġelji insibu kronoloġija sħiħa tar-relazzjoni ta' Ġesu' ma' Ġerusalemm. Ibda minn Ġesu' jintilef fit-tempju sat-tislib u l-qawmien tiegħu mill-mewt! Ġerusalemm kienet prinċipalment ix-xena tal-Passjoni u l-Qawmien ta' Ġ:esu' Kristu.

Fit-tieni qari, San Pawl jagħti tliet raġunijiet għaliex għandu jiftaħar biss bis-salib ta' Ġesu' Kristu. L-ewwelnett, is-Salib għandu l-qawwa li jeħles lill-bnedmin mill-jasar tad-dinja (Galatin 6:14b), Dan jinkoraġġixxi ħajja mmexxija mill-Ispirtu s-Santu, fejn il-bnedmin jgħinu lil xulxin bl-imħabba u jġorru t-toqol ta' xulxin. Din it-trasformazzjoni tinvolvi bidla minn ħajja ċċentrata fuq l-interessi tagħna nfusna għal waħda ta' mħabba u servizz, li tirrifletti l-imħabba muri minn Kristu fuq is-Salib.

It-tieni, is-Salib għandu l-qawwa li jagħmel dak li l-bniedem ma jistax jagħmel. Il-messaġġ primarju hu li l-Insara għandhom isibu l-akbar sors ta' kburija u glorja tagħhom fis-Salib ta' Ġesu' Kristu, mhux fil-merti tagħhom stess jew fis-suċċessi tad-dinja. Dan ifisser fiduċja sħiħa fuq is-sagrifiċċju ta' Kristu għas-salvazzjoni u ċaħda ta' kulma jfixkel dan il-proċess. Pawlu jfakkarna li kull nisrani hu msejjaħ biex ikun xhud fil-mumenti diffiċli tal-ħajja u li l-missjoni ta' kull membru tal-Knisja hija li jagħti xhieda tal-qawwa salvifika tas-salib ta' Kristu permezz ta' ħajja ta' sagrifiċċju u li jitlef ħajtu għall-imħabba tal-oħrajn!

San Gorg Preca

Fl-aħħar San Pawl jgħallimna li s-Salib għandu l-qawwa li jġib is-salvazzjoni. 'Xejn ma hemm ta' siwi, ħlief il-ħolqien ġdid.' Il-grazzja li joffrilna Ġesu' Kristu mis-Salib tikkontrasta bil-kbir mal-approċċ ta' dawk li jippruvaw jippreżentaw is-salvazzjoni permezz tal-liġi. Il-Knisja tenfasizza li s-salvazzjoni tiġi biss permezz tal-fidi fis-sagrifiċċju ta' Kristu u mhux permezz tal-isforzi tal-bniedem. Dan il-ħolqien ġdid hu kkaratterizzat mill-fidi fi Kristu Mislub, dak li San Ġorġ Preca jsejjaħ 'Il-Ktieb-il Kbir' li fih naraw kull virtu'. Fis-Salib naraw l-imħabba u l-maħfra ta' Alla fl-aqwa tagħha! Fih naraw l-altruiżmu fil-kelma ħajja tiegħu; "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha."(Lq 9; 23-24) FiH naraw il-gratitudni li lest li nissogra ħajti għall-oħrajn, huma min huma, żgħar u kbar! 'Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu, biex jinqered dan il-ġisem tad-dnub, sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub.'(Rum 6;6)

Bħalma Mose' għażel is-sebgħa u sebgħin anzjan biex jiggwidaw u jmexxu lill-poplu tiegħu, hekk ukoll Luqa jippreżenta lil Ġesu' bħala l-"Mose' l-ġdid" fl-Evanġelju tal-lum. . Il-Lhud kienu jemmnu wkoll li kien hemm sebgħa u sebgħin nazzjon fid-dinja kollha u kellhom sebgħa u sebgħin membru fis-Sanhedrin! Fil-vanġelu ta' San Luqa biss insibu dan ir-rakkont tat-tnejn u sebgħin dixxiplu li marru jħejju t-triq għal fejn kien sejjer Ġesu'! Id-dixxipli jibdew iħeġġu lin-nies hekk: 'Is-Saltna ta' Alla waslitilkom'. Imma Ġesu' jwissihom ukoll li jista' jkun hemm li huma ma jkunux se jintlaqgħu minn uħud!! U jgħidilhom; Sat-trab ta' beltkom infarfru minn ma' riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta' Alla waslet' Hawn Ġesu' jerġa jsostni li s-Saltna ta' Alla kienet qrib u fosthom! Illum ukoll jeħtieġ nevitaw li nagħtu x-xhieda kuntrarja billi nipprattikaw il-"Kattoliċiżmu tas-supermarket" bħal ma jagħmlu xi politiċi tagħna li pubblikament jiddikjaraw il-"Kattoliċiżmu" tagħhom bl-attendenzi tagħhom għall-quddies pontifikali tal-festi, imma fl-istess ħin jappoġġjaw l-abort, iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, il-klonazzjoni tal-bniedem, l-esperimenti fuq l-embrijuni umani u fuq l-ewtanasja. Lanqas m'għandna nkunu kattoliċi li moħħna biss biex nikkritikaw u niddiskutu jew "Kattoli7#267;i tas-Sibt u l-Ħadd" mbagħad nagħtu xhieda kuntrarja ta' Kristu permezz tal-ħajja tagħna!

Hija missjoni ta' kulħadd li nibdew inxandru l-Evanġelju fil-familji tagħna billi ngħixu ħajja nisranija eżemplari, fejn il-miżżewġin iħobbu u jirrispettaw lil xulxin, irabbu lil uliedhom fl-ispirtu tal-ubbidjenza u s-servizz, jiddixxiplinawhom bi mħabba li taħfer u jgħallmuhom bil-ħajja tagħhom stess, bi stedina kostanti, biex jitolbu, iħobbu u jgħinu lil oħrajn billi jaqsmu l-barkiet tagħhom. L-evanġelju tal-lum jiddeskrivi kif Ġesu' 'bagħathom tnejn tnejn qablu f'kull belt u post fejn kien se jmur hu'. Hu tahom linji gwida fil-missjoni tagħhom. L-Aħbar it-Tajba tas-Saltna mhix biss xogħol ta' ftit nies, mhux biss ta' tnax minn nies! Anzi, wara l-eżempju ta' Ġesu', il-Knisja tifraħ bit-trijonfi u l-kisbiet ta' wliedha. Hija dejjem titmagħhom, tmexxihom, tikkonslahom u tagħtihom il-qawwa.

Għalhekk, it-tħabbir tal-Aħbar it-Tajba tas-Saltna mhuwiex xi ħaġa fakultattiva tan-nisrani. Id-dixxipli rċevew struzzjonijiet dwar kif kellhom iwettqu l-missjoni tagħhom. Pereżempju, kellhom "ma jġorru l-ebda borża tal-flus, l-ebda ġabra, l-ebda sandli." Hemm ukoll twissija ta' theddida: huma mibgħuta "bħall-ħrief fost l-ilpup." L-istruzzjonijiet tagħhom kienu sempliċi: imorru fejn jiġu milqugħa (v5-6);' jibqgħu f'post wieħed’ (vers 7) u ‘jieklu dak li jitqiegħed quddiemhom’ (vers 8). Dan kien jgħinhom jevitaw li jidhru bħala nies interessati fil-flus. L-idea bażika wara l-istruzzjonijiet ta' Ġesu' kienet li d-dixxipli tiegħu kienu mibgħuta bħala xhieda mexjin dejjem ‘l quddiem u għalhekk ma kellhom jiddependu fuq xejn u fuq ħadd ħlief fuq l-Ispirtu s-Santu ta' Alla u fuq il-Providenza Divina.

L-Ispirtu s-Santu żgur se jgħinna biex inwarrbu minna l-biża u l-inkwiet dwar il-mewt tal-ġisem! Niftakru li Ġesu' jgħidilna biex ma ninkwetawx dwar dawk li f'isem il-ħniena u l-mogħdrija jistgħu jaffettwaw biss il-ġisem u t-tajjeb tiegħu. L-Ispirtu s-Santu jibdlilna l-biża li quddiem kull kuntrarji għat-tagħlim ta' Ġesu' Kristu nibqgħu mimlijin b'fidi soda! Għalhekk ma għandna xejn x'nibżgħu minn xi ħadd jew xi ħaġa f'din id-dinja anke meta jippersegwitawna għal dak li nemmnu!

Ġesu' assigura lid-dixxipli tiegħu li l-għelieqi tal-missjoni li kienu se jivvjaġġaw fihom kienu diġa' lesti għall-ħsad; ħafna nies kienu bil-għatx biex jisimgħu l-messaġġ tal-Kelma tal-ħniena u kienu bil-għatx biex jiksbu fejqan. Fil-fatt, l-għelieqi tal-missjoni llum huma saħansitra aktar lesti għall-ħsad. Fl-1990, San Ġwanni Pawlu II kiteb f'Redemptoris Missio: "In-numru ta' dawk li ma jafux lil Kristu u ma jappartjenux mal-Knisja dejjem qed jiżdied. Fil-fatt, mill-aħħar tal-Konċilju dan in-numru kważi rdoppja. Meta nikkunsidraw din il-kwantita' enormi ta' bnedmin li huma maħbubin mill-Missier u li għalihom bagħat lil Ibnu, l-urġenza tal-missjoni tal-Knisja tidher biċ-ċar." Nitolbu jkollna l-grazzja u l-kuraġġ biex inkunu xhieda nsara effettivi fil-familji tagħna u fuq il-post tax-xogħol u negħlbu kull biża' li nkunu bħall-ħrief fost l-ilpup.

St John Paul ii

Illum nitkellmu dwar nuqqas ta' ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej! Meta Ġesu' qal lis-sebgħa u sebgħin li "l-ħaddiema huma ftit," ordnalhom; "itolbu lis-sid tal-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu." It-talb għall-vokazzjonijiet saċerdotali u l-ħajja kkonsagrata jibqa' meħtieġ b'mod urġenti f'kull rokna tad-dinja moderna tagħna u l-aktar fejn fihom seħħ l-ewwel xandir tal-Kelma ta' Alla! Illum il-Knisja tistedinna permezz tal-Eż'ortazzjoni Appostolika ta’ San Ġwanni Pawlu II msejħa Christifideles Laici: "Mur int ukoll. Is-sejħa mhix biss għal dawk li huma rgħajja, saċerdoti, jew rġiel u nisa kkonsagrati." Is-sejħa hija indirizzata lil kulħadd: ukoll il-lajċi huma personalment imsejħa mill-Mulej, mingħandu jirċievu missjoni f'isem il-Knisja u d-dinja. Meta kien qed jipprietka lin-nies, San Girgor il-Kbir fakkar f'dan il-fatt u kkummenta fuq il-parabbola tal-ħaddiema fil-vinja: 'Oqogħdu attenti għall-mod ta' kif tgħixu, għeżież tiegħi u kunu ċerti li tassew intom il-ħaddiema tal-Mulej. Kull wieħed għandu jagħti kas dak li qed jagħmel u jikkunsidra jekk verament huwiex qed jaħdem fil-vinja tal-Mulej."

"Ħalli s-sliem ta' Kristu jsaltan fi qlubkom; ħalli l-kelma ta' Kristu tgஎammar sħiħa fikom." B'din il-paċi f'qalbna nistgħu nitolbu biex iktar żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa tal-ministeru saċerdotali li jagħmlilhom Ġesu': "Mulej Ġesu', Ragħaj etern, fit-tjieba tiegħek ħares bil-ħniena lejn il-merħla maħbuba tiegħek. Nitolbuk bħala orfni: Mulej, agħtina vokazzjonijiet! Sejjaħ lil ħafna miż-żgħażagħ tagħna u agħmel li jwieġbu biex ikunu saċerdoti qaddisa u rġiel u nisa kkonsagrati. Nitolbuk dan permezz tal-interċessjoni ta' Marija, Ommok qaddisa u ħelwa."

Ejjew ngħajtu bil-ferħ lil Alla tagħna li żgur se jisma' talbna.

Charles Spiteri.
charliespiteri@gmail.com





13 ta' Lulju 2025.
Il-15-il Ħadd ta' matul is-Sena . Sena Ċ.
Sieħbi min hu?

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju. Dewt 30: 10-14.
Salm Responsorjali: Salm 68(69): 14. 17. 30-31. 33-34. 36ab-37.
It-tieni Qari: Qari mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Kolossin. Kol 1: 15-20.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 10: 25-37.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Leli Muscat.
lelimuscat@gmail.com





Is-16-il Ħadd ta' matul is-Sena. Sena Ċ.
L-Imġiba mal-Barranin.
Martha u Marija.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 18: 1-10a.
Salm Responsorjali: Salm 14(15): 2-3ab. 3ċd-4ab. 5..
It-tieni Qari: Qari mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Kolossin. Kol 1: 24-28.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq 10: 38-42.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Kappillan ta' parroċċa ġo Indiana, kellu qaddejja jisimha Martha. Kull meta kienet tisma jinqara fil-vanġelu ta' llum, erħilha tgemgem u tredden. .. Iva kieku ma kenitx Martha min kellha l-ħila tnaddaf, taħsel u togħrok ta' kuljum f'din id-dar hekk kbira? Wara kollox kull ħaġa kienet tibqa' kif kienet, kieku kellna noqgħodu nirriflettu biss fuq mall-ħwejjeġ qaddisa li fihom tissemma Martha tal-Vanġelu xi progress qatt kien isir?

Martha and Mary

Forsi bosta nisa li jġibu dan l-isem, qatt ma għadda minn moħħhom dan il-ħsieb! Wara kollox min qatt għadda minn moħħu kif dawn iż-żewġ nisa , mogħnija b'dan l-isem, għadda minn moħħhom x'segħu jagħmlu f'ħajjithom.

L-ewwel silta tal-qari ta' llum iġib id-dehra tal-Mulej lil Abram fejn il-balluta ta' Mambre fl-eqqel tal-jum u fi żmien sena huma jwegħdu li martu Sara aktar tard jkollha iben. Abram jitlobhom l-għajnuna. Dan imur u jġibilhom kisra ħobż u jitlob lil martu Sara tħejjilhom ikla. Wara li trejqu, u wara li staqsewh għal martu, ħabbrulu li fi żmien sena martu ser tiled iben. Abram biex jobdi 'l Alla kellu jħalli l-art u jgħix bħala pellegrin f'art oħra. Jibqa' veru li ħajjet il-bniedem hi stennija kontinwa ta' Alla. Wara kollox ħajjet il-bniedem hi din l-istennija kontinwa għal -laqgħa mal-Mulej. Temmen ifisser li jkollok fiduċja għamja f'Alla, fiduċjuż fuq kelmtu. It-test juża verbi fil-plural u fis-singular. Setgħu kienu anġli?? Setgħu kienet indikazzjoni tat-Trinita' Mqaddsa billi Abram rahom tlieta u niżel jadura wieħed minnhom. Alla jikkomunika spiss magħna fil-ħajja tagħna u b'xi mod jurina mħabbtu. Jintħtieġ li nimitaw lil Marija li tant kienet tqim lit-Trinita Qaddisa.

SALM RESPONSORJALI.. .. Min iġib ruħu bla ħtija u jwettaq il-ġustizzja u jgħid is-sewwa u ma jxandarx b'ilsienu l-gideb u ma jagħmilx ħsara lill-proxxmu u ma jinsultax lill-proxxmu tiegħu u jqim lil min għandu l-biża tal-Mulej, dan ikun iqim 'l Alla

Is-silta tal-Vanġelu tħejjina nirriflettu li dak li għamlet Martha u dak li għamlet oħtha Marija ma humiex kontra xulxin. Diġa' fit-tieni qari rajna u rriflettejna kif Ġesu' kien ħaġa waħda ma' Missieru tas-sema; Ġesu' wettaq bis-sħiħ ir-rieda ta' Missieru li dejjem kien magħqud miegħu. Hekk in-nisrani jinħtieġlu jkun ħaġa waħda ma' Alla u jwettaq ir-rieda tiegħu. Dan il-bniedem irid isib il-ħin biex bħal Marija jkun midħla tal-kelma ta' Alla u bħal Martha iwettaq fedelment dak li jogħġob lill-Mulej. Ma jfissirx li meta nimitaw lil Martha ma nistgħux inkunu u nibqgħu midħla tal-kelma ta' Alla bħal Marija. Tista' tibda l-jum billi toffri 'l Alla f'talba ħerqana dak kollu li tagħmel matul il-jum, kemm it-talb u kemm il-ħidma. Offri lil Alla il-ħsibijiet, xewqat u dak kollu li twettaq matul il-jum għall-akbar glorja ta' Alla nnifsu. Esprimi din l-intenzjoni spiss matul il-jum u għaqqadhom mat-tbatijiet u l-passjoni tal-Mulej Ġesu'. Dan jista jitwettaq ukoll meta nkunu qed nieħdu r-rikreazzjoni tagħna basta jkunu bla intenzjoni ħażina. Ġedded din l-intenzjoni qaddisa biex tibqa' magħqud/a dejjem ma Alla u fittex li tibqa' magħqud miegħu tul il-jum kollu. Ikun tassew f'waqtu li ġġedded din l-intenzjoni tiegħek matul il-jum e.g. fil-ħin ta' l-Angelus, il-ħin tat-3.00pm nhar ta' Ġimgħa, waqt il-quddiesa li tisma' kull jum.

praying

Tajjeb li timita l-egħmil tal-qaddisin li għalihom il-ħidma li kienu jwettqu kemm jekk manwali, kemm jekk intellettwali bħal xogħol bil-kitba kienet indirizzata għall-akbar glorja ta’ Alla u għall-ġid ta' l-erwieħ. Wara kollox, din kienet id-drawwa ta' San Benedittu li ordna lill-imsieħba fl-ordni tiegħu li kemm waqt ix-xogħol tar-raba u kemm dak tal-kitba, kemm jekk bil-kitba bil-pinna u/jew computer kollox isir għall-glorja ta' Alla. Wara kollox fit-talba tal-Prefazju waqt il-Quddiesa dan hu dak li nitolbu 'l Alla. Dejjem jibqa' veru li s-sagrifiċċju tal-quddiesa li bosta nsara jfittxu li ma jitilfux imqar kuljum jesprimi din ix-xewqa. Inkunu bħal Marija, mixħuta f'riġlejn Ġesu' li tant kienet tħobb u titgħaxxaq bi kliemu, nimitaw ukoll lil Martha billi nindirizzawlu l-għemil kollu tagħna, kemm jekk jidher baxx jew għoli għall-akbar glorja tiegħu u għat-tixrid tas-saltna tiegħu fid-dinja. Insieħbu dan l-att mal-ħidma ta' tant missjunarji u edukaturi li b'sogru u b'ħidma perseveranti qed jaħdmu għall-akbar glorja tiegħu u ta' dawk afdati fil-kura tagħhom. Nitolbu spiss l-għajnuna tiegħu imsieħba ma dawk ta' l-Anġlu Kustodju tagħna li Alla nnifsu tana biex jiggwidana u jħarisna.

Anġlu ta' Alla.. .. għejni u ħarisni f'dan il-jum u biegħed minni kull xewqa ta' dnub.

Dun Anton Mallia Borg.
vinbonnici@gmail.com





3 ta' Lulju 2025.
It-3 Ħadd tal-Għid. Sena Ċ.
.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Atti ta' l-Appostli. Atti
Salm Responsorjali: Salm 21(22): 8-9. 17-18a. 19-20. 23-24.
It-tieni Qari: Qari mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Kolossin. Kol
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. Lq

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Charles Debono.
debono.charles@gmail.com





Painting - San George Preca

San Ġorġ Preca


Talba lil San Ġorġ Preca

O Alla inti sejjaħ, lis-saċerdot tiegħek għall-ministeru ta'
l-Evanġelizzazzjoni, agħtina nitolbuk li mħeġġin bil-interċessjoni tiegħu, aħna wkoll naħdmu bla heda
għas-saħħa tad-dinja u nħabirku biex jitkattar l-għadd ta'dawk li jemmnu. Bi Kristu Sidna. Amen


Saint Matthew

San Mattew


Saint Mark

San Mark


Saint Luke

San Luqa


Saint John

San Ġwann