nativity scene


Xi Links Importanti


Teodoru
Arċisqof ta' Mopswestja.

Teodoru - Archisqof ta' Mopswestja

Twielet c350CA Antioch, Syria
Miet c428CA


Sant Efrem
Duttur u Konfessur tal-Knisja.

Sant Efrem

Twielet 306 Nisibis, Turkija
Miet 9 ta' Ġunju 373, Edessa Turkija
Festa 9 ta' Ġunju


Patristika:
Riflessjonijiet mill-Kitba
tas-Santi Patri.

Dawn is-siltiet dehru għall-ewwel darba fin-newslatter
tas-Soċjeta Patristika Maltija
immexxija min Mons. Hector Scerri.


Nota biografika dwar Ilarju ta’ Poitiers (c.315-367)
minn Dun Hector Scerri

Ilarju twieled madwar is-sena 315. Twieled fi Poitiers, fil-Gallja (Franza tal-lum) minn familja nobbli li kienet pagana. Wara li rċieva edukazzjoni klassika, huwa skopra l-fidi Nisranija u rċieva l-Magħmudija meta kellu madwar tletin sena. L-għażla tiegħu biex ikun isqof ta’ belt twelidu saret prattikament b’akklamazzjoni, ħaġa mhux rari f’dawk iż-żminijiet. Peress li huwa ta l-appoġġ tiegħu lil Atanasju (c.296-377), Isqof ta’ Lixandra, fit-taqbida dottrinali tiegħu kontra l-Arjani, Ilarju – magħruf bħala “Atanasju tal-Punent” – bata l-eżilju. Fil-fatt, l-Imperatur Ġuljanu l-Apostata (330-363) ‘Ċesri’ tal-Punent, mit-355; imperatur, (361-363) eżiljah lejn il-Friġja (fiċ-ċentru tal-Anatolja, jiġifieri t-Turkija tal-lum) fis-sena 356. Dawn issnin li huwa għadda fil-Lvant, wassluh biex jifhem aħjar kif kienet qed tiżviluppa, f’dan il-pulmun l-ieħor tal-Knisja, it-teoloġija dwar l-istess veritajiet tal-fidi li kienu jħaddnu l-Insara kemm tal-Punent kif ukoll tal-Lvant. Tgħallem l-ilsien Grieg, u bis-saħħa t’hekk seta’ jifhem il-kitbiet tal-Missirijiet tal-Lvant, u wassal il-ħsieb għani tagħhom fil-Punent.

Meta mar lura f’pajjiżu, Ilarju reġa’ sar l-isqof ta’ Poitiers, bis-saħħa tas-Sinodu ta’ Pariġi (361). Huwa l-awtur ta’ bosta kitbiet esegetiċi – speċjalment il-Kummentarju tiegħu dwar l-evanġelju skont San Mattew, u dak dwar is-Salmi – u ta’ innijiet spiritwali mill-isbaħ. Fost ilkitbiet l-aktar magħrufin tiegħu, ma nistgħux ma nsemmux it-trattat tiegħu dwar it-Trinitŕ, De Trinitate. Biex ikollna almenu ftit taghrif siewi, dwar dan tal-aħħar, tajjeb li nifhmu dan li ġej:

  • Kien l-ewwel xogħol ta’ din ix-xejra fost il-kitbiet teoloġiċi tal-Punent Nisrani. Ix-xogħol għaqqad ix-xejriet teoloġiċi kemm tal-Lvant kif ukoll dawk tal-Punent, dwar dan il-misteru, kontra l-Arjaniżmu. Ir-raba’ ktieb [tad-De Trinitate] li jibda b’dan il-kliem: “... fil-kotba ta’ qabel li aħna ktibna ftit taż-żmien ilu,” wassal lil bosta studjużi ta’ din il-kitba ewlenija ta’ Ilarju biex ifissru li hu kien diġŕ kiteb l-ewwel tliet kotba għalihom, u li dawn kienu dehru qabel ma ntbagħat fl-eżilju fis-sena 356, iżda ma kienx għadu għaqqadhom flimkien. Fl-istess waqt, iżda, fil-fehma tal-istudjużi li l-kotba kollha kemm huma tat-trattat hu kitibhom waqt li kien eżiljat, jigifieri bejn is-snin 356-360, qiegħda kulma tmur tikseb ħafna aktar għarfien ...
  • Ilarju għaraf il-problema ewlenija tal-metodoloġija, jiġifieri l-kunċetti li nibdew bihom aħna l-bnedmin, dawk, ngħidu aħna, dwar l-att tat-tnissil, dak taż-żmien, dak tan-natura, kif ukoll talkewn (bl-Ingliż, “being”), huma kollha ħsibijiet li ma jibqgħux jgħoddu meta titħaddet dwar Alla; imqar l-argument tal-“analoġija”, xebh bejn, jaf idaħħal ħsibijiet u taħdit dwar id-dinja u l-ħajja fil-kunċett Alla. “Għaldaqstant, kull xebħ għandu jitqies aktar bħala għajnuna għal moħħna milli bħala li jixraq lil Alla” (mill-ktieb Patroloġija ta’ Patri Alessandru Bonnici u Patri Salvinu Caruana, 2015, pp.362-363).

San Ġwann Grisostmo

San Gwann grisostmu

Isqof u Duttur
tal-Knisja
Arċisqof ta' Constantinopli
Twielet Antioch
fit-349
Miet Omana in Pontius fil-409
Festa 13 ta' Settembru


Melito of Sardis

Melito of Sardis

Isqof ta' Sardis"
Apoloġista
miet c180AD
Festa 1 ta' April



San Ċirillu ta' Ġerusalemm

San Cirillu ta' Gerusalem

Isqof, Konfessur u Duttur tal-Knisja
twielet c313CA
miet c386CA
Venerat fil-Knisja Orjentali


San Ambroġ
Isqof ta' Milan

San Ambrog - Isqof ta' Milan

Isqof, Konfessur u Duttur tal-Knisja
twielet c339CA Trier Ġermanja
miet c397CA Milan
Festa 7 ta' Diċembru


San Girgor Nazjanzenu

San Girgor Nazjanzenu

Isqof, Teologu u Duttur tal-Knisja
twielet 329CA Arianzum, Cappadocia
miet 390CA Milan
Festa 2 ta' Jannar


Santu Wistin
Isqof ta' Hippo

Santu Wistin - Isqof ta' Hippo

Isqof, Duttur tal-Knisja
twielet 13 ta' Novembru 354CA - Thagaste
miet 28 ta' Awwissu 430CA - Hippo Regius
Festa 28 ta' Awwissu


San Ċiprijanu

San Ciprijanu

Twielet c 200-210 CA, Certagini
Miet 14 ta' Settembru 258 CA
Festa 16 ta' Settembru.


San Pietru Krisologu
Isqof, Duttur u Konfessur tal-Knisja.

San Pietru Krisologu

Twielet c 380 CA, Imola
Miet 31 ta' Diċembru 450 CA
Festa 4 ta' Diċembru.